In The Media
 
 

Sliema fil-quċċata b’rebħa faċli
Published: 29/07/2010
 

 


Sliema McDonalds...18 Sirens Ritter Sports...11

(6-1, 4-2, 3-4, 5-4)


B’differenza għal-logħba tal-ewwel rawnd, ilbieraħ Sliema ddominaw lil Sirens fl-ewwel żewġ sessjonijiet biex il-logħba intemmet sa l-intervall.

Fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara ż-żewġ timijiet bdew jaqsmu l-gowls, imma ċ-ċampjins dejjem kellhom vantaġġ komdu kuq hiex jistrieħu.

B’din ir-rebħa Sliema qabżu f’ras il-klassifika, imma b’logħba aktar minn Neptunes.

Sliema: A. Bianchi, J. Gabarretta 2, N. Lubrano, P. Privitera, M. Meli 5, J. Soler 6, D. Paolella, J. Brownrigg 1, C. Debono 2, A. Kunac 1, M. Rizzo, B. Rath 1, R. Coleiro

Sirens: J. Sammut, A. Attard 2, C. Mercieca 2, P. Borg, J. Spiteri Staines, R. Mock, T. Varga 3, D. Cutajar, K. Montfort 1, C. Zammit, J. Vasovic 3, D. Zammit, E. Arrigo

Referis: P. Balzan, M. Angileri



San Giljan Firetech...11 Exiles Jet Services...10

(4-1, 3-1, 2-2, 2-6)


• Il-partita dehret sejra mingħajr ebda xkiel għal San Giljan, kontra t-tim ta’ Exiles, li kienu għelbu lis-Saints fl-ewwel rawnd, imma din id-darba kienu tim differenti.

San Giljan kellhom vantaġġ sostanzjali fil-bidu ta’ l-aħħar taqsima, imma Exiles, ħames gowls minn taħt, għamlu rimonta qawwija, li ġabithom indaqs fl-iskor fl-aħħar ħinijiet tal-partita. Exiles ukoll kellhom dak li deher l-aħħar pussess, sekondi mit-tmiem, imma ballun mitluf banalment, f’nofs il-piċċ, sab lil Marton Toth jgħum ‘il quddiem, biex fl-aħħar sekonda skorja l-gowl tar-rebħa.

Il-logħba kellha żewġ referis lokali, bi ftehim bejn il-klabbs meta l-logħob isir fost il-ġimgħa. Ivan Sciriha deher għall-ewwel darba jikkontrolla partita, f’dan il-kampjonat.

San Ġiljan: D. Camilleri, C. Spiteri de Barro 2, M. Pace, K. Galea 1, C. Gialanze 1, K. Dowling, H. Nossek 1, A. Bianchi 2, E. Aquilina 1, R. Scerri, P. Fava 1, M. Toth 2, K. Schembri

Exiles: A. Borg Cole, J. Rizzo Naudi, S. Vassallo, C. Bonca 3, T. Sullivan 3, M. Calleja, J. Paris, M. Paris, A. Zarb Cousin, A. Cousin 4, A. Cachia, S. Cini, K. Lanzon

Referis: A. De Raffaele, I. Sciriha


 


Copyright Sliema ASC 2009 | Terms and Conditions | Privacy Policy