Sliema McDonalds...22 Ta’ Xbiex Mermaids Par...8
(7-1, 5-3, 7-2, 3-2)
Iċ-ċampjins kisbu t-tieni rebħa wara dik fuq M’Skala, f’logħba li ma tantx kien fiha storja, hekk kif bidu qawwi tahom vantaġġ sod, ta’ 7-1.
Meta Sliema għamlu bidla sew fil-plejers fl-ilma, fit-tieni taqsima, Ta’ Xbiex ħadu l-okkażjoni, u naqqsu d-distakk bi tliet gowls, imma reġgħu daħlu l-plejers regolari għal Sliema, u dawn marru 12-4 minn fuq sa l-intervall. Fi ftit aktar minn żewġ minuti, tat-tielet taqsima, Sliema żiedu ħames gowls oħra, biex b’vantaġġ hekk kbir il-partita tilfet ħafna mill-interess.
Fir-rigward tat-tkeċċijiet Sliema fallew erba’ mit-tmien tkeċċijiet favurhom, waqt li Ta’ Xbiex marru aħjar, meta skorjaw ħamsa u tilfu l-aħħar tkeċċija favurhom.
Sliema: A. Bianchi, J. Gabarretta 6, N. Lubrano 1, P. Privitera 2, M. Meli 1, J. Soler 4, D. Paolella, M. Spiteri Staines 1, C. Debono 2, R. Kovacs 2, M. Rizzo 1, B. Rath 2, D. Abela,
Ta’ Xbiex: N. Xuereb, S. Cachia, D. Caruana 2, A. Farrugia, G. Lubrano, C. Bugeja, J. Tabone, E. BOnello, D. Gabriel 2, A. Galea, I. Azzopardi, M. Spiteri, T. Gyrovath 5, K. Falzon, L. Borg
Referis: M. Angileri, S. Licari
Neptunes Emirates...22 Marsaskala Solid Base...10
(7-2, 5-5, 6-1, 4-2)
Neptunes kisbu l-istess numru ta’ gowls bħal Sliema fir-rebħa netta fuq M’Skala, u għalhekk setgħu jagħmlu diversi tibdil fl-iskwadra tul il-logħba.
Bidu qawwi għal Neptunes żguralhom vantaġġ sabiħ ta’ 7-2, imma t-tieni taqsima kienet storja differenti. M’Skala hawn setgħu jirrispondu, u ma ħallewx lil Neptunes jkomplu jżidu l-vantaġġ, hekk kif qasmu l-gowls f’din it-taqsima, biex sa l-intervall l-iskor kien 12-7 favur ir-rebbieħa.
Fit-tielet sessjoni M’Skala, reġgħu sofrew l-insistenza ta’ l-avversarji, meta Neptunes skurjaw erba’ darbiet mingħajr risposta. M’Sklala wieġbu b’gowl wieħed, biex Neptunes ma waqfux hemm, u bdew l-aħħar taqsima bi skor ta’ 18-8. Il-gowls naqsu xi ftit, u l-vantaġġ ta’ Neptunes ftit żdied ukoll.
B’raġel aktar fl-ilma Neptunes skorjaw ħames darbiet minn sitta, imma M’Skala setgħu biss isibu x-xibka darba biss minn siit darbiet bi plejer aktar
Neptunes: N. Gouder, N. Lanzon 3, B. Lanzon, M. Stellini 1, D. Camilleri, S. Gravina, S. Camilleri 5, J. Camilleri 3, B. Buhagiar, M. GorNagy 3, Z. Mizzi 1, T. Molnar 6, M. Pisani, I. Bugeja, K. Debattista
M’Skala: R. Sciortino, JC Cutajar 1, B. Szabo 2, M. Koralji 5, M. Borg Spiteri, L. Grixti, J. Licari 1, J. Cremona 1, S. Micallef, T. Agius, R. Attard, G. Pace, J. Bonnici, S. Farrugia
Referis: A. De Raffaele, P. Giordano